Periklu jekk tgħum jew tbaħħar hawn

Alfred Vella

Ma jistax isir għawm f’ parti mill-bajja ta’ Xrobb l-Għaġin, fiż-żona magħrufa bħala l-Ħofriet f’Delimara. Id-dgħajjes u bċejjeċ oħra tal-baħar għandhom ukoll iżommu ‘l bogħod minn din iż-żona.

Dan qalitu Transport Malta fi stqarrija, għaliex fl-aħħar ġranet waqa’ xi blat mit-Tieqa tal-Ħofriet u hemm il-periklu li jerġa’ jiġri l-istess.

L-Awtorità ħarġet avviż lill-baħħara biex tiddikjara din iż-żona żona projbita. Transport Malta appellat lill-pubbliku biex iżomm ‘il bogħod mill-kosta viċin din it-Tieqa għas-sigurtà tiegħu stess.