Periklu: Evita t-triq prinċipali tal-Mellieħa

Evita milli tgħaddi mit-triq prinċipali tal-Mellieħa.
Dan hekk kif it-triq sfrundat kawża tal-maltemp.
Il-Pulizija appellat lill-pubbliku biex jevita Triq Ġorġ Borg Olivier hekk kif il-parti t’isfel direzzjoni lejn Selmun tinsab magħluqa għal raġunijiet ta’ sigurtà.
Riżultat ta’ dan inħoloq ħafna traffiku fl-akwati hekk kif ix-xufiera qed ikollhom jużaw toroq alternattivi.
Ritratt: Anna Borg