Perici Calascione dwar iċ-ċilindri tal-gass u l-ekonomija

Il-kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione, saħaq li ekonomija b’saħħitha hija ekonomija li tasal għand kulħadd.
Meta kien qed jirreaġixxi għaż-żieda fil-prezz tal-gass, Perici Calascione qal li ħafna se jkunu affetwati ħażin.
Saħaq li filwaqt li hawn persuni fis-soċjetà li sejrin tajjeb, oħrajn qed isibuha dejjem aktar diffiċli biex ikollhom għixien diċenti.
Kien hawn li l-kandidat saħaq li huma dmir tal-politiku li jara li l-ġid jasal għand kulħadd.
Temm jgħid li l-Gvern għandu responsabbilitajiet ċari u l-Oppożizzjoni għandha tpoġġi fuq nett tal-aġenda tal-pajjiż il-qagħda ta’ dawk l-aktar fil-bżonn.