Pereira b’mowbajl ta’ €5,000: il-flus qed jagħmlu bih?

Il-plejer ta’ Manchester United Andreas Pereira pposa għal ritratt tal-mowbajl tiegħu. Il-mowbajl jiswa madwar €5,000 għax hu ndurat bid-deheb. Fuq wara tal-mowbajl hemm deskrizzjoni ta’ Pereira bħala l-leġġenda tal-passing.

Il-midfielder Brażiljan kien invażat b’kummenti mill-partitarji li ddejqu jaraw nuqqas ta’ livell ta’ logħob min-naħa tiegħu. Iżda ftit sigħat wara tella’ dan ir-ritratt tal-mowbajl fidu fuq il-midja soċjali.

Fuq Instagram hu kiteb li hu lest għall-biċċa xogħol li ġej flimkien mal-iPhone 11 Pro tiegħu li hu ndurat b’deheb ta’ 24 karat. Fuq wara tal-mowbajl hemm l-inizjali ta’ ismu ndurati u s-slogan ‘tiki taka legend’. It-Tiki Taka hija sensiela ta’ passes qosra li ġiet ipperfezzjonata minn klabbs bħal Barcelona.

Il-prestazzjoni tal-plejer li għandu 24 sena ma tantx ikkumparat tajjeb ma’ plejers li huma brillanti fit-Tiki Taka bħal Messi. Dan l-istaġun fil-Premier League irnexxielu jagħmel ftit aktar minn 32 passes b’suċċess f’kull logħba. B’hekk hu spiċċa fit-62 post fil-klassifika tal-aqwa midfielders li jilagħbu t-Tiki Taka.