Pepsi trid tiżbogħ id-dinja blu

Pepsi qed tħabbar il-kampanja globali għall-2018 “LOVE IT. LIVE IT. FOOTBALL.” Minn mumenti storiċi fil-karrieri ta’ plejers famużi għal mumenti u esperjenzi mhux mistennija fid-dinja tal-futbol, matul din is-sena se jkun hemm iżjed xi tħobb u tesperjenza mal-Pepsi.
Il-kampanja rikka għall-2018 tgħaqqad l-arti u l-isport biex tagħti l-ħajja lil-logħba s-sabiħa – kemm fil-grawnd kif ukoll lil hinn minnu – b’mod uniku, dinamiku u divertenti għall-qasam sportiv bl-għażla ta’ plejers globali ta’ klassi dinjija:

  • Leo Messi li rebaħ ħames darbiet it-titlu tal-Aqwa Plejer tad-Dinja u rebaħ il-UEFA Champions League erba’ darbiet
  • Id-difensur Brażiljan magħruf mad-dinja u r-rebbieħ ‘back-to-back’ tal-UEFA Champions League, Marcelo
  • Rebaħ il-UEFA Champions League tliet darbiet, il-midfielder Ġermaniż, Toni Kroos
  • Rebbieħa ta’ unuri fl-Amerka, u rebħet darbtejn it-titlu tal-Aqwa Plejer Mara tad-Dinja, Carli Lloyd
  • L-istilla Ingliża li qed tiffjorixxi, u rebaħ darbtejn it-titlu tal-Young Player of the Year, Dele Alli

Il-marka Pepsi se torbot l-estetika tagħha ma’ din il-kampanja fl-elementi kollha tagħha – mill-ippakkjar b’edizzjoni limitata u kartelluni artistiċi bi plejers differenti sal-kontenut diġitali u reklam ‘blockbuster’ għat-televiżjoni li hemm antiċipazzjoni kbira għalih u li se jixxandar f’aktar minn 60 suq madwar id-dinja.