Peppi: kontroversja biss jew impenn għall-imwarrbin?

Read in English.

Peppi Azzopardi moħħu biss fil-kontroversja ħa jsir popolari jew għandu interess ġenwin u impenn favur l-imwarrbin fis-soċjetà?

Is-Sibt fil-11.30am fuq 103 Malta’s Heart, Prof. Andrew Azzopardi jintervista lill-preżentatur ta’ Xarabank Peppi Azzopardi li għadu kif rebaħ il-Gold Award mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin.

Min hu tassew? Kif wasal sa hawn?  Kif jaħsibha fuq diversi issues jaħarqu li għandna fuq l-aġenda tas-soċjetà tagħna. Is-Sibt fil-11:30am waqt Andrew Azzopardi on 103