Pep Guardiola jaħseb fl-Ispanjoli

Pep Guardiola, il-maniġer ta’ Manchester City, ta donazzjoni ta’ €1m (£918,000) biex jgħin fil-ġlieda kontra l-coronavirus fi Spanja. L-Ispanjol, eks maniġer ta’ Barcellona li  bħalissa jinsab mal-familja tiegħu fid-dar tiegħu fil-belt, għamel id-donazzjoni lill-Kulleġġ Mediku ta’ Barċellona u l-Fondazzjoni Angel Soler Daniel.

L-għotja ta’  Pep Guardiola ser tmur biex jinxtara tagħmir mediku u materjal protettiv għall-istaff tal-isptar f’Katalunja.

Spanja hija waħda mill-agħar pajjiżi fl-Ewropa milquta mill-coronavirus b’aktar minn 2,696 persuna mejta u kważi 40,000 infettati