Pensjonant jhedded Mellieħi minħabba flus

Read in English.

Pensjonant li allegatament hedded lil raġel ieħor li jaqtagħlu rkopptu barra minħabba xi flus, ingħata sentenza sospiża wara li ammetta li kien ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Il-pensjonant li għandu 66 sena u li jgħix San Pawl il-Baħar ġie akkużat li hedded moralment u psikoloġikament lill-vittma li hu raġel mill-Mellieħa. Ftit kienu d-dettalji li ħarġu fil-Qorti dwar x’wassal għall-arrest.

L-akkużat wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ngħata sentenza ta’ disa’ xhur ħabs sospiżi għal sentejn. Il-qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni għall-vittma u qrabatu.