Il-Viċi President tal-Istati Uniti Mike Pence eskluda li juża l-25 Emenda biex ineħħi lill-President Donald Trump mill-kariga.
F’ittra li bagħat lil Nancy Pelosi Pence qal li l-mekkaniżmu li juża l-’25 Emenda’ m’għandux jintuża “bħala mezz ta’ kastig jew tneħħija u għandu jiġi riżervat għal każijiet ta’ inkapaċità medika jew mentali”.
Pelosi kienet talbet lil Pence biex jikseb l-appoġġ tal-maġġoranza tal-Kabinett u jivvota biex jiddikjara li Trump mhux tajjeb biex iservi – wara li l-Trump inċita l-protesti vjolenti fil-Capitol.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.