Pellegrini għal mal-Hammers?

Jidher li d-diriġenti ta’ West Ham jixtiequ li Manuel Pellegrini jsir il-kowċ il-ġdid tal-klabb wara t-tluq ta’ David Moyes.
Pellegrini huwa mistenni li jasal Londra nhar il-Ħadd sabiex jiddiskuti dwar kuntratt ta’ tliet snin u l-pjanijiet li West Ham għandhom għall-ġejjieni.
Fl-2014 il-kowċ Ċilen kien mexxa lil Manchester City lejn r-rebħ tal-kampjonat. Paul Fonseca u Rafa Benitez ta’ Shakhtar Donetsk u Newscastle United rispettivament huma kandidati oħra li jinteressaw lill-co-Chairman ta’ West Ham David Sullvan iżda l-ħatra ta’ Pellegrini, li matul il-karriera tiegħu mexxa wkoll lil Real Madrid, Villareal u Málaga, tibqa’ prijorità.
Bħalissa l-kowċ ta’ 64 sena jinsab taħt kuntratt ma’ Hebei China Fortune fiċ-Ċina u West Ham se jintalbu jħallsu s-somma ta’ £5.1 miljun lill-klabb Asjatiku sabiex jiksbu s-servizzi tiegħu.