Pellegrinaġġ u Kungress Ewkaristiku fl-Ingilterra u Wales

L-Isqfijiet tal-Ingilterra u Wales se jorganizzaw Pellegrinaġġ Ewkaristiku Nazzjonali u Kungress fil-belt ta’ Liverpool bejn is-7 u d-9 ta’ Settembru li ġej.

Kungressi Ewkaristiċi huma laqgħat tal-kleru, reliġjużi u lajċi maħsuba biex joħolqu għarfien dwar il-post ċentrali li għandha l-Ewkaristija fil-ħajja u l-missjoni tal-Knisja.

L-aħħar Kungress Ewkaristiku Internazzjonali fl-Ingilterra kien sar fl-1908 meta l-awtoritajiet kienu rrifjutaw li jagħtu permess lill-organizzaturi biex jagħmlu purċissjoni bis-Sagrament Imqaddes.

Il-Parteċipanti fil-Kungress jieħdu sehem f’serje ta sessjonijiet li jiffukaw fuq id-diversi aspetti u dimensjonijiet tal-Ewkaristija u l-adorazzjoni tas-Sagrament.

F’Ittra Pastorali lid-djoċesi ta’ Westminster, il-Kardinal Nicholas qal li “irridu nagħtu ħajja ġdida lill-adorazzjoni ewkaristika fil-parroċċi tagħna biex issaħħaħna f’ħajjitna u fil-missjoni tagħna, li hi dik li nuru l-preżenza tal-imħabba t’Alla fis-soċjetà tagħna.”

Kull djoċesi fl-Ingilterra u Wales se jieħdu sehem f’dan il-Kungress u l-Kardinal lill-poplu biex jagħmel pellegrinaġġ għal dan il-Kungress Ewkaristiku. It-tema tal-Kungress se tkun “Adoremus” – Ejjew Naduraw.