Pellegrinaġġ tal-Ħniena għan-nisa u l-ħaddiema

Jum il-Mara, Jum il-Ħaddiem u s-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena se jitfakkru f’pellegrinaġġ u quddiesa ta’ ringrazzjament nhar is-Sibt li ġej. Iċ-ċelebrant prinċipali se jkun l-Arċisqof Charles Scicluna.
L-attività qed tiġi organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa flimkien mal-Fergħa tan-Nisa tal-Azzjoni Kattolika.
Kollox jibda fit-3.30pm mill-Bieb prinċipali tal-Imdina lejn il-Bieb tal-Ħniena tal-Katidral tal-Imdina fejn tiġi ċċelebrata l-quddiesa.
Aktar informazzjoni dwar il-Pellegrinaġġ wieħed jista’ jċempel lill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa fuq 21248881 jew 21246982.