Pellegrinaġġ bil-muturi f’Jum Santa Marija

Il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr qed jorganizzaw ir-raba edizzjoni tal-pellegrinaġġ bil-muturi mill-Imġarr għal Ħad-Dingli fil-festa ta’ Santa Marija.

Fi stqarrija ġie spjega li s-sewwieqa tal-muturi qed jiġu mistiedna sabiex fil-15 ta’ Awwissu jinġabru fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr fid-9.30am. Il-pellegrinaġġ jitlaq fl-10am. Imbagħad mal-wasla f’Ħad-Dingli, ħdejn il-Knisja Arċipretali jsir it-tberik tal-muturi u s-sewwieqa jingħataw tifkira. Wara, is-sewwieqa jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-quddiesa fil-Knisja ta’ Ħad-Dingli li tibda fil-11am.

Din is-sena l-inizjattiva se tkun qed tiġbor fondi b’risq ALS Malta u Dar Bjorn.