Pelle jiskorja l-ewwel gowl tiegħu fiċ-Ċina

L-attakkant internazzjonali Taljan Graziano Pelle skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-kampjonat Ċiniż meta sab ix-xibka għat-tim tiegħu Shandong Luneng fir-rebħa illi kellhom kontra Chongqing Lifan bl-iskor ta’ 2-0. Huwa skorja t-tieni gowl tal-logħba sabiex issiġġilla t-tliet punti għat-tim tiegħu.
Min-naħa l-oħra, l-internazzjonali Brażiljan Alexandre Pato wkoll sab ix-xibka għal Tianjin Quanjian iżda ma kienx biżżejjed sabiex jevitaw telfa ta’ 2-1 f’darhom kontra Beijing Renhe.
Kif inhu magħruf il-futbol Ċiniż qed jattira numru ta’ ismijiet lejn dan il-pajjiż bi plejers bħal Ramires, Ricardo Carvalho, Alex Witsel, John Obi Mikel, Oscar, Hulk u Lavezzi.