Pele m’għadux komdu joħroġ mid-dar għax ma jistax jimxi sew

Il-leġġendarju Brażiljan, Pele, mhux iħossu komdu li joħroġ mid-dar minħabba li ma jistax jimxi sew mingħaj għajnuna. Dan intqal minn ibnu.

Ir-rebbieħ għal tliet darbiet tat-Tazza tad-Dinja kellu jittieħed l-isptar minħabba infezzjoni s-sena l-oħra. Pele għandu 79 sena u żviluppatlu problema fl-għadam ta’ qaddu. B’hekk issa spiċċa għandu bżonn fejm tal-ħadid biex jgħinu jimxi, u dan l-aħħar deher fil-pubbliku fuq siġġu tar-roti.

Ibnu Edinho tkellem ma’ gazzetta barranija u qal li missieru bħal donnu daħal xi ftit f’qoxortu mindu kien iffacjat b’din il-problema. Ibnu spjega kif għal żmien twil kien meqjus bħala r-re, iżda llum il-ġurnata lanqas biss jista’ jimxi sew. Dan ħalla effett negattiv fuq Pele.

Pele kien għamel operazzjoni f’qaddu, iżda ma kellux l-opportunità li jingħata biżżejjed medikazzjoni biex jiġi lura għal li kien. Ibnu qal li dan wasslu biex waqa’ f’dipressjoni.

Ġunju li ġej se jaħbat il-50 anniversarju mindu Pele rebaħ l-aħħar titlu tat-Tazza tad-Dinja. Il-Brażil kienu rebħu fil-Messiku bit-tim li ħafna għadhom jemmnu li kien l-aqwa tim li setgħat rat id-dinja.