Pejjep ġo klabb u hedded pulizija: multa ta’ €1,000

Maċedonjan ta’ 27 sena ġie kkundannat €1,050 multa wara li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.

Iż-żagħżugħ kien akkużat li huwa hedded pulizija wara li qabduh ipejjep ġo klabb f’Paceville.

Huwa kien akkużat li insulta, hedded u m’obdix l-ordnijiet tal-pulizija kif ukoll li aggreda pulizija u li pejjep ġo post fejn huwa projbit.

L-akkużat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih bil-Maġistrat kkundannatu multa ta’ €850 u multa oħra ta’ €250 talli kien qed ipejjep ġo post fejn wieħed ma jistax ipejjep.