Pedro jikkonferma li se jħalli lil Chelsea fi tmiem l-istaġun

Pedro ikkonferma li se jkun qed jitlaq minn ma’ Chelsea meta jiskadi l-kuntratt dan is-Sajf li ġej. Il-plejer li għandu 32 sena, u li rebaħ 25 unur maġġuri f’karriera ta’ 12-il sena, se jkun liberu li jingħaqad ma liema klabb irid lejn l-aħħar tal-istaġun.

Hemm ċans li l-eks midfielder ta’ Barcelona jirritorna fi Spanja. Hu qed joqrob lejn tmiem il-karriera tiegħu. Iżda ammetta li mhux ċert x’se jagħmel fil-futur minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Hu spjega kif sfortunatament ma jistax imur jara lil familtu, f’dan il-mument fejn għandu l-opportunità li jgawdihom. Min-naħa l-oħra esprima l-gratitudni li għandu lejn il-professjonisti tal-mediċina madwar id-dinja li qed jaħdmu bla heda biex jiġġieldu l-coronavirus.