Peanut Butter Cupcakes

Ingredjenti

50g butir

70g peanut butter

150g zokkor ismar

bajda kbira

kuċċarina estratt tal-vanilla

260g dqiq

nofs kuċċarina melħ

kuċċarina baking powder

kwart ta’ kuċċarina cinnamon

100g ħalib

Għall-ġelu

50g peanut butter

260g icing sugar

2 kuċċarini għasel

kuċċarina estratt tal-vanilla

4 mgħaref ħalib

Metodu

Ħawwad il-butir, il-peanut butter u z-zokkor ismar sakemm it-taħlita teħfief. Żid il-bajda u l-vanilla u ħabbat tajjeb.

Żid l-ingredjenti l-oħra u wara żid ftit ftit il-ħalib, tħawwad wara kull darba li żżid il-ħalib.

Imla l-muffin cups tal-karti ftit aktar minn nofshom. Aħmi f’temperatura ta’ 180˚Ċ għal 18-22 minuta sakemm meta ddaħħal  fin-nofs sikkina toħroġ nadifa. Ħallihom jibirdu għal kollox.

Biex tagħmel il-ġelu ħawwad tajjeb il-peanut butter u z-zokkor sakemm it-taħlia teħfief. Ħabbat fiha l-għasel u l-vanilla. Żid ħalib biżżejjed biex tkun tista’ ddellika fuq il-cupcakes.