PD: “Vot ghat-tielet partit mhux vot moħli”

Read in English.

Il-Partit Demokratiku insista li vot għat-tielet partit mhux wieħed moħli, peress li s-sistema ta’ Malta tal-Vot Trasferibbli tfisser li ebda vot ma jkun moħli, speċjalment fl-elezzjonijiet tal-Ewropa u tal-kunsilli lokali.

Il-PD qal li vot għat-tielet partit qabel il-partiti l-kbar hu l-uniku mod biex jintbagħat messaġġ liż-żewġ partiti l-kbar u biex titjieb il-politika inġenerali, peress li kull vot għall-PD hu vot għal tama u għal politika li sservi n-nies.

Fi stqarrija, il-PD saħaq li hu “għadu, u se jkompli jifforma ruħu, skont l-aqwa interessi u aspirazzjonijiet ta’ Malta u Għawdex, biex jipprovdi dinjità u kwalità tajba ta’ ħajja, sabiex inkunu nistgħu nrabbu familja f’ambjent nadif.”