​PD lill-Awtorità tal-Ippjanar: Obdi l-politika tiegħek stess

Il-Partit Demokratiku (PD) qed isejjaħ lill-Awtorità tal-Ippjanar biex timxi mal-politka tagħha stess u biex tipproteġi l-wirt kulturali Malti li jinsab f’riskju.
Fi stqarrija, il-PD semma kif se tittieħed deċiżjoni fuq id-destin ta’ dar vernakulari f’Tas-Sliema fis-26 ta’ Ottubru.
Din id-dar ġiet ikkummissjonata mill-Katidral tal-Mdina bejn l-1870 u l-1886 għall-qassisin. Il-partit saħaq li jekk din id-dar titwaqqa’, jinħoloq preċedent għall-bini ieħor fil-qrib b’konsegwenzi negattivi għar-residenti.
Il-PD spjega kif regolarment, applikazzjonijiet li jmorru kontra l-politika qed jiġu aċċettati u li dan juru li hemm bżonn li tiġi miġġielda l-korruzzjoni u biex l-istituzzjonijiet Maltin jissaħħew.
Il-partit reġa’ semma l-bżonn ta’ pjan nazzjonali kontra l-cowboy overdevelopment.