PBS jiċħad li l-programm dwar iż-żwieġ huwa kkuppjat

Il-PBS illum fil-Qorti ċaħad l-allegazzjoni li l-programm li kellu jixxandar fl-iskeda li jmiss wasal minn idea misruqa.

F’kontro protest ġudizzjarju, Mark Vassallo qal li l-unika similarità bejn il-programm l-Ewwel Żifna u The Wedding Battle hu l-kunċett taż-żwieġ.

Fil-protest ġudizzjarju tiegħu, il-producer tal-programm l-Ewwel Żifna, David Charles Bajada qal li l-programm tiegħu dak pospost minn Vassallo huwa identiku. 

Fil-Qorti, il-PBS talbet biex David Charles Bajada jieqaf jagħmel allegazzjonijet dwar l-istazzjon Nazzjonali.