“Pazzini mhu sejjer imkien” – Setti

Il-President ta’ Verona Calcio Maurizio Setti kkonferma li l-attakkant prolifiku tagħhom Giampaolo Pazzini mhux se jiċċaqlaq.
Wara interess qawwi minn klabbs fis-Serie A fosthom Sassuolo u Cagliari, id-diriġenti Scaligeri xtaqu jiċċaraw il-pożizzjoni tagħhom hekk kif Pazzini huwa pedina fundamentali fl-iskwadra mmexxija minn Fabio Pecchia.
Pazzini huwa player ta’ esperjenza fis-Serie A hekk kif lagħab ma’ diversi klabbs fosthom Inter, Milan, Sampdoria, Atalanta u Fiorentina.