Pazjenti tal-onkoloġija x’jixtiequ miċ-ċentru l-ġdid?

Din is-sena mistenni jinfetaħ iċ-Ċentru tal-Onkoloġija fl-Isptar Mater Dei.

Bħalissa fl-Isptar Boffa hemm onkoloġista għal 3000 pazjent li jirċievu l-kura tal-kanċer. Is-sena li għaddiet ingħataw aktar minn 9,200 doża kimoterapija.

Fiċ-ċentru l-ġdid tal-onkoloġija, li qed jinbena bħalissa, se jkun hemm 3 onkoloġisti ġodda, u tabib ieħor irtirat li se jaħdem f’Għawdex. Waqt żjara li għamel il-Prim Ministru l-ġimgħa li għaddiet, qal li dan iċ-ċentru se jibda jopera din is-sena.

Minkejja li dawn in-numri jindikaw problema ta’ nuqqas ta’ professjonisti għan-numru kbir ta’ pazjenti, din mhux l-unika aspett li pazjenti li jkunu qed jirċievu l-kura jixtiequ jaraw tinbidel fl-isptar il-ġdid.

Gertrude Abela, mara pożittiva mmens, tieħu ħsieb Europa Donna Malta, fi ħdan il-European Breast Cancer Coalition. Staqsejna x’tixtieq tara jinbidel fiċ-ċentru l-ġdid u x’tixtieq li jibqa’ l-istess.

Intom ukoll tistgħu tiktbu l-kummenti tagħkom hawn taħt.