Pazjenti tal-ADHD jingħataw il-Concerta jekk il-mediċina l-oħra tagħmlilhom il-ħsara

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li r-rapport tal-espert klinku dwar mediċini tal-ADHD qed jissuġġerixxi li meta jiġi ppruvat li l-mediċina ġenerika qed ikollha reazzjonijiet opposti (adverse reaction), il-pazjenti affettwati b’dan il-mod għandhom jingħataw il-medicina Concerta minflok.

Il-Ministru kien qed iwieġeb għal mistoqsija supplimentari tad-deputat Laburista Rosianne Cutajar.

ADHD: Espert f’Malta biex jgħin fl-istudju dwar il-mediċini

Huwa qal li r-rapport wasal din il-ġimgħa u diġà għadda ordnijiet lit-tabib ewlieni tal-Gvern biex dawk il-pazjenti li għaddew mill-proċess fejn ġew approvati mill-kumitat apposta, għandhom jingħataw il-Concerta.

Tibqgħux tħawdu bil-mediċina – ADHD Malta lill-Prim Ministru

Fearne qal li ta ordni biex jinbeda l-proċess biex tinxtara l-mediċina branded mingħajr ma jiġi preġudikat il-proċess li ntrebaħ minn kumpanija tal-mediċina ġenerika minħabba li kienet irħas.

Il-Ministeru għas-Saħħa jordna studju dwar il-mediċini għall-ADHD