Pazjenti Maltin għal testijiet f’Għawdex

Mill-2013 sal-lum ftit aktar minn 2,000 pazjent Malti għamlu testijiet mediċi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Dan joħroġ minn tagħrif impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti mill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi fi tweġiba għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg.
Mizzi spjega li t-testijiet inkwestjoni kienu jikkonsistu f’CT Scans, Virtual Colonoscopy, Cardiac CT Angiograms/CT Calcium Scoring, Bone density, Colon Cancer Screening u Endoscopy.
Intant, fi tweġiba separata, din id-darba għal Mistoqsija Parlamentari mressqa mid-Deputat Laburista Deo Debattista, Mizzi qal li preżentament qed jitqassmu 821 tip ta’ medicina differenti permezz tal-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. Bħalissa hemm 215 il-spiżerija privata tipparteċipa f’din l-iskema.