Pazjenti li jingħataw kura fit-tul dalwaqt għall-isptar Boffa

Fil-ġimgħat li ġejjin l-Isptar Paul Boffa se jibda jilqa’ pazjenti long term care li bħalissa qed jokkupaw soda fl-Isptar Mater Dei.
Fil-Parlament, il-Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi qal li dawn il-pazjenti se jkollhom livell ta’ kura minn infermiera skont kif maqbul mal-unjin tagħhom.
Il-Ministru Mizzi qal ukoll li minn mindu sar it-tibdil fis-sistema tal-IT tal-myhealth l-għadd ta’ pazjenti li t-tobba tal-familja għandhom aċċess għat-tagħrif mediku tagħhom żdied b’iktar minn 1,500.