Ritratti: Pazjent Libjan jasal Malta għall-kura

Pazjent ta’ nazzjonalità Libjana għadu kif wasal Malta permezz ta’ ajruplan-ambulanza minn Tripli fil-Libja.  
Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa qal li dan il-pazjent se jkun qed jingħata l-kura meħtieġa fl-Isptar Mater Dei.
Sadanittant, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għadu għaddej bil-ħidma tiegħu biex jagħmel kuntatt mal-Maltin li jinsabu l-Libja. Madanakollu s'issa ma jidher li m'hemm l-ebda ħsieb ta' evakwazzjoni. 
Ritratti: Roberto Cassar