Pazjent jinstab bla ħajja wara li żgassa tieqa u ħarab mill-isptar

Pazjent f’Monte Karmeli nstab mejjet wara li allegatament ħarab wara li żgassa tieqa minn kamra tal-banju.
Dan qalu l-Gvern fi stqarrija konġunta maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru għas-Saħħa.
Intqal li t-tmexxija tal-Isptar Monte Carmeli lbieraħ waranofsinhar kienet infurmata li pazjent kien żgassa tieqa.
L-istess pazjent iddaħħal il-Ġimgħa għall-kura fl-Isptar Monte Karmeli b’mod volontarju.
Ilbieraħ stess it-tmexxija tal-Isptar Monte Karmeli infurmat lill-Pulizija u lill-qraba tal-pazjent, fejn bdiet tfittxija għalih minnufih.
It-tmexxija tal-isptar ġiet infurmata li l-pazjent instab dalgħodu bla ħajja.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras.