Pazjent: Dritt għall-file u għal opinjoni oħra?

Tnieda għall-konsultazzjoni l-patient charter, dokument li jagħti ħarsa lejn id-dmirijiet u d-drittijiet tal-pazjent. Jinkludi wkoll x’rimedju jista’ jingħata lill-pazjent f’każ li dawn ma jiġux imħarsa.
Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne qal li fis-settur tas-saħħa kollox idur fuq il-pazjent.
Semma fost l-oħrajn kif dan iċ-charter jagħti dritt lill-pazjent għall-file tiegħu u dritt għat-tieni opinjoni jekk iħoss il-ħtieġa.
Dr Fearne sostna li s-servizz tas-saħħa għandu jingħata fi żmien stipulat, u li jekk dan jinqabeż, il-pazjent se jkollu d-dritt li jagħmel l-intervent fi sptar privat u jħallas il-Gvern.
Il-konsultazzjoni pubblika se ddum xahrejn.
Ritratt: DOI – Pierre Sammut