Pazjent b’mard mentali jmut wara ġrieħi f’rasu

Anzjan ta’ 72 sena li kien qed jiġi rikoverat fis-sezzjoni tal-mard mentali fl-isptar Ġenerali t’Għawdex, miet wara li sofra ġrieħi f’rasu.

Dan wara li allegatament kien imbuttat minn pazjenta oħra fl-istess kamra.

Hu mifhum li l-pulizija mhux qed tinvestiga l-każ bħala argument bejn iż-żewġ pazjenti.

Il-każ seħħ il-Ġimgħa filgħodu u l-maġistrat Josette Demicoli ħatret diversi esperti tal-Qorti biex jgħinuha fl-inkjesta.