Payet se jerġa’ jmur lura ma’ The Hammers?

Dimitri Payet jista’ jerġa jingħaqad ma’ West Ham wara li dan telaq lill-klabb Ingliż b’mod kontroverżjali f’Jannar 2016.

Il-plejer Franċiż qatta’ perijodu b’wirjiet tajbin ħafna fil-Premier League Ingliż qabel ma talab li jitlaq lil West Ham. Dawn tal-aħħar ħalsu għalih £10.7 miljun fl-2016 u bigħuh lura lil Marseille għas-somma ta’ £10.7 miljun.

Payet kellu prestazzjonijiet eċċellenti minn meta mar lura f’Ligue 1 u skurja 15-il gowl f’46 logħba. Hu pprovda wkoll 20 assist matul il-kompetizzjonijiet kollha hekk kif Marseille waslu sal-finali tal-UEFA Europa League. Madanakollu l-midfielder kreattiv tħalla barra mit-Tazza tad-Dinja wara li weġġa fil-logħba kontra Atletico Madrid.

Miġjub lilek minn Hublot