Pawlu VI qaddis fis-sena l-ġdida?

Qed jingħad li l-Beatu Papa Pawlu VI jista’ jkun ikkanonizzat (iddikkjarat Qaddis) matul is-sena d-dieħla.
F’artiklu fil-gazzetta tad-djoċesi ta’ Brescia, taħt it-titlu “Se tkun is-sena ta’ Pawlu VI Qaddis,” ġie rrappurtat li fit-13 ta’ Diċembru, teoloġi, tobba u xjenzati ddikkjaraw li miraklu li qed ikun attribwit lil Beatu Pawlu VI huma inspjegabbli.
Issa jmiss li l-Kardinali li jmexxu l-Kongregazzjoni għall-Kawża tal-Qaddisin u anke l-Papa nniffsu, jesprimu ruħhom fuq dan l-istess miraklu.
Il-miraklu attribwit lill-Papa Montini jitratta tarbija li għexet minkejja kumplikazzjonijiet fil-plaċenta.
Il-plaċenta huwa organu li jiżviluppa fl-utru waqt it-tqala u bis-saħħa tiegħu l-ossiġnu u n-nutrijenti jaslu sat-tarbija.
Jidher li meta l-omm ingħatat l-aħbar li se titlef it-tarbija ġriet lejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja fi Brescia u talbet bl-interċessjoni tal-Papa li kien għadu kemm sar Beatu.
Pawlu VI kien ibbeatifikat mill-Papa Franġisku fid-19 ta’ Ottubru tal-2014, fil-konklużjoni tas-Sinodu Straordinarju tal-Isqfijiet fuq il-Familja.
L-istess rapport qed jgħid li l-Kanonizazzjoni x’aktarx se ssir f’Ottubru li ġej meta fil-Vatikan se jkun għaddej is-Sinodu tal-Isqfijiet fuq iż-Żgħażagħ.
Il-Pontifikat ta' Pawlu VI dam mill-1963 sal-1978 u kien il-Papa li kompla u kkonkluda l-Konċilju Vatikan II wara l-mewt tal-preduċessur tiegħu, il-Papa Qaddis Ġwanni XXXIII.