Pawlu Mizzi fil-Ħaġar

Wirja temporanja ġdida se tinfetaħ nhar is-Sibt 25 ta’ Lulju fis-7.30pm mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fil-mużew Il-Ħaġar (Pjazza San Ġorġ, Victoria).

“Mill-Qalb ta’ Għawdex għar-ruħ tal-Letterature Maltija” tonora lil Pawlu Mizzi fl-ewwel anniversarju minn mewtu. Id-diversi ritratti u kwotazzjonijiet interessanti jinsabu anki f’publikazzjoni bilingwi (numru 8 fis-sensiela Il-Ħaġar GEMS) preparata għall-okkażjoni.

Kollegati hemm diskussjoni dwar il-wirt li ħallielna (fl-10am fl-1 ta’ Awwissu) u Quddiesa fil-5 ta’ Awwissu (San Ġorġ tas-6pm). Lura f’Il-Ħaġar, fis-7.30 pm (warajha) issir il-preżentazzjoni ta’ “Mid-Dinja Ċkejkna Tiegħi” – mill-kitbiet awtobijografiċi ta’ Pawlu (b’qari ta’ siltiet). Ikun hemm ukoll tnejn oħra mill-kotba tiegħu.

Misteden kulħadd: il-Wirja (li matulha jinstemgħu programmi radjofoniċi tiegħu) tkompli għal xahar (sal-25 ta’ Awwissu) bil-ħinijiet normali tal-ftuħ (sebat ijiem fil-ġimgħa mid-9am sal-5pm). M’hemmx ħlas tad-dħul.