Pawlu Lia jirrinunzja kawża ta’ Keith Schembri – rapport

L-avukat Pawlu Lia rrinunzja l-każ li fih qed jidher għal Keith Schembri, ħmistax biss wara li avukat ieħor għamel l-istess. Dan kien irrappurtat mill-gazzetta Malta Today li qalet li rekords fil-Qorti juru li fil-5 ta’ Diċembru, Lia informa uffiċjalment lill-Qorti li m’għadux l-avukat ta’ Schembri.

Dan ġranet biss wara li Keith Schembri ssemma fl-investigazzjoni dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Lia ilu xi żmien ma jidher għal Keith Schembri bl-aħħar żewġ libelli jkunu dawk li ilhom pendenti mill-2016 u l-2017. Minn dakinhar, il-Malta Today irrappurtat kif Schembri kien dejjem assistit mill-avukati Edward Gatt u Mark Vassallo.