Pauline Miceli tibda x-xogħol ta’ Kummissarju għat-Tfal

Pauline Miceli nħatret uffiċjalment bħala l-Kummissarju l-ġdid għat-Tfal u se tkun qed tmexxi dan l-uffiċċju wara s-Sinjura Helen D’Amato, li kienet ilha mill-2010. 
It-tħabbira saret permezz ta’ notifika fil-ħarġa ta’ nhar il-Ġimgħa li għadda fil-Gazzetta tal-Gvern. 
Pauline Miceli se tkun qed tokkupa din il-kariga għal żmien ta’ tliet snin u bdiet min-nhar it-Tlieta 5 ta’ Jannar. 
Is-Sinjura Miceli hi eks-kap ta’ skola u kunsilliera f’isem il-Partit Laburista.