Paul Pace jilħaq President tal-FORUM

Paul Pace huwa l-President il-ġdid tal-Forum Unions Maltin.

Dan wara li fil-ġimgħat li għaddew, John Bencini irrizenja minn din il-kariga. Pace ġie elett b11-il vot unanimu u kien l-uniku kandidat għal din il-kariga.

Qabel ġie elett, Paul Pace kien jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-FORUM, dan ifisser li din il-kariga bħalissa hi vakanti u daqt jibdew jintlaqgħu n-nomini għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali.