Paul McCartney se jikteb l-ewwel musical tiegħu

Ritratt: Samantha Appleton

Fl-età ta’ 77 sena, Paul McCartney se jkun qed jesperimenta f’qasam ġdid fil-karriera tiegħu: dik li jikteb l-ewwel musical tiegħu.

L-artist li kiteb films, poeżiji, kotba gġat-tfal u aktar minn 100 kanzunetta ta’ suċċess, qiegħed fil-fatt jaħdem fuq addattament ta’ It’s A Wonderful Life ta’ Frank Capra.

McCartney, li kellu biss 4 snin meta l-film kien inħareġ fl-1946, ikkummenta li It’s A Wonderful Life hija storja universali li lkoll kemm aħna nistgħu nirrelataw magħha.

Dan il-musical hu mistenni li jiddebbutta tard is-sena dd-dieħla u se jkollu produzzjoni ta’ Bill Kenwright li ħa ġsieb musicals ta’ suċċess fosthom Blood Brothers u Joseph and the Amazing Technicolor Dreamcoat.

Lee Hall, li kiteb il-film Billy Elliot u riċentement Rocketman, qiegħed jikteb l-iskript tal-musical li ddur madwar il-lirika tal-kanzunetti li qed joħloq McCartney.

Din mhux l-ewwel darba li It’s A Wonderful Life ġie addattat bħala musical.

Fl-1986 kien ittella’ musical b’lirika ta’ Sheldon Harnick, l-istess wieħed ta’ Fiddler on the Roof, iżda falliet milli tkun suċċess.

Hemm ukoll addattament ieħor li fl-Istati Uniti jittourja l-knejjes u l-iskejjel.

Kenwright qal li għandu aspettativi għolja għal dan il-musical għax mid-demos li sema’ s’issa jħoss li l=mużika li qed joħloq McCartney tissupera l-aspettativi kollha.