Paul Borg Olivier se jirriżenja minn Segretarju Ġenerali tal-PN

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista ħabbar li se jirriżenja mill-kariga tiegħu u mhux se jerġa’ jikkontesta għal din il-kariga. Dan ħabbru f’intervista fuq l-istazzjon nazzjonali ftit tal-ħin ilu.

Wara li tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali, il-kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Lawrence Gonzi ħabbar li mhux se jerġa jikkontesta għal kariga ta’ kap tal-Partit. Dr Gonzi kien ilu Prim Ministru għal dawn l-aħħar disa’ snin.

Kif tistgħu tisimgħu fl-awdjo, Dr Paul Borg Olivier qal li l-kariga tiegħu ntemmet ftit xhur ilu. Dr Borg Olivier kien ilu Segretarju Ġenerali għal dawn l-aħħar 5 snin.