Paul Abela kkonfermat bħala l-President tal-Kamra tal-SMEs

Read in English.

Paul Abela ġie kkonfermat bħala l-President tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji (SMEs) għas-sena li ġejja.

Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali, Abela rringrazzja lill-kunsill tas-sapport tiegħu. Huwa qal li s-sena 2019 kienet waħda ta’ suċċess għan-negozju, iżda s-sena 2020 kienet waħda diffiċli kważi għall-membri kollha tal-Kamra minħabba l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija Covid-19.

Il-President stqarr li fis-sena li ġejja, beħsiebu jkompli jaħdem biex isaħħaħ l-organizzazzjoni u jkompli jibni fuq is-suċċess li kitbet f’70 sena. Fiehem li l-proċess ta’ tibdil li għaddiet minnu l-organizzazzjoni diġà renda l-frott.

Huwa rringrazzja lill-Kap Eżekuttiv tal-organizzazzjoni Abigail Mamo u lill-impjegati ta’ xogħolhom.