Paul Abela jibqa’ l-President tal-GRTU

Paul Abela ġie konfermat mill-ġdid bħala President tal-Kamra Maltija tal-Intrapriżi ż-Żgħar l-GRTU.
Waqt laqgħa tal-Kunsill Eżekuttiv tal-GRTU sar magħruf li se jkun hemm 6 Viċi-Presidenti li se jkunu Philip Fenech, Marcel Mizzi, Christian Vassallo, Joseph Zerafa, Michael Galea u Mario Debono.
Ġie preżentat ukoll ir-rapport ta’ ħidma tal-GRTU s-sena l-oħra fejn fost l-oħrajn issemmew is-sehem li tat fit-tneħħija tal-eko-kontribuzzjoni, ir-rapport dwar ir-rati tal-imgħax u tariffi, u l-proġett tal-Fond Soċjali Ewropew.