Pattinson għal Batman flok Ben Affleck?

Robert Pattinson. Ritratt: Twitter

Warner Bros bħalissa qed jaħsbu fuq film ġdid ta’ Batman li se jkollu bħala direttur lil Matt Reeves, li diġa dderieġa films bħal Cloverfield, Dawn of the Planet of the Apes u War for the Planet of the Apes.

L-attur Ben Affleck mhux se jerġa’ jidħol f’dan il-karattru li rajnih jinterpreta fl-2016 f’Batman v Superman: Dawn of Justice.

Bosta atturi kienu qed jissemmew li se jieħdu post Ben Affleck f’dan ir-rwol u l-aktar wieħed b’saħħtu huwa Robert Pattinson li hu magħruf l-aktar għall-films ta’ Twilight.

Warner Bros għadhom ma’ ħarġu l-ebda konferma uffiċċjali iżda jingħad li wara li kkunsidraw lil Jake Gyllenhaal, Kit Harington, Jack Huston, Jack O’Connell u Noah Centineo, l-għażla waqgħet fuq Pattinosn li se jkun qed jaħdem ukoll fuq film ġdid tal-Warner Bros, li dettalji dwaru mhux qed jinħarġu għajr li se jkun b’direzzjoni ta’ Christopher Nolan u se jinħareġ fiċ-ċinema IMAX fis-17 ta’ Lulju 2020.

Dwar il-film ġdid ta’ Batman, ix-xogħol fuqu se jibda dan is-sajf. Huwa skedat li joħroġ fiċ-ċinema fl-Istati Uniti fil-25 ta’ Ġunju 2021.