Il-patrol boat P61 tal-Forzi Armati ta’ Malta ġiet inawgurata wara li sar xogħol fuqha.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Intern qal li l-patrol boat OPV 61 kienet inbniet minn Fincantieri fl-Italja fl-2005. Sar xogħol f’nofs it-terminu tagħha li ġie jiswa madwar €7 miljun.
Il-fondi ġew mill-Fond tas-Sigurtà Interna tal-Unjoni Ewropea u minn fondi nazzjonali.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia qal li l-proġett dam 8 xhur.
Fl-aħħar 12 snin il-P61 intużat għall-għassa ta’ madwar 72,000 mil nawtiku.