Read in English.
Il-Patrijiet ta’ Mount Saint Bernard abbey fir-Renju Unit ħarġu b’birra ġdida mill-birrerija ġdida tagħhom.
Il-birra laqqmuha bħala Trappista, li tfisser membru ta’ fergħa tal-ordni Ċisterċens imwaqqfa fl-1664 f’La Trappe fin-Normandija. Dan minħabba li l-patrijiet huma Trappisti.
Propju mid-9 ta’ Lulju, dawk kollha li jaslu sal-monasteru, kif ukoll xi ħwienet tal-madwar, se jkunu jistgħu jduqu l-birra bl-isem ta’ Tynt Meadow English Trappist Ale.
Distributur nazzjonali se jkun qed iqassam din il-birra b’mod limitat.
Minkejja li madwar id-dinja, dawn il-patrijiet huma assoċjati mal-birra, f’din il-parti tal-Ingilterra huma aktar magħrufa għall-ħalib.
Din il-fergħa taċ-Ċisterċens ġiet imwaqqfa fl-1835, u għal tul ta’ żmien, il-farm tal-ħalib kienet tipprovdi l-maġġorparti tad-dħul tagħha. Madanakollu aktar kemm għadda żmien, sar aktar diffiċli li jiffinanzjaw l-Ordni mir-razzett biss.
Skont il-Patri Joseph li tkellem mal-ġurnal Crux, waħda mir-raġunijiet ewlenin tal-ftuħ tal-birrerija kien propju l-għeluq tar-razzett li ma kienx għadu ekonomikament vijabbli.