Patrijiet f’Bormla fi kwarantina

Google Maps

Il-kunvent tal-patrijiet ta’ Santa Tereża li jinsab f’Bormla se jagħlaq biex jagħmel perjodu fi kwarantina. Dan minħabba li wieħed mill-patrijiet, li hu Malti, żar l-Italja fil-jiem li għaddew.

Skont informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, jgħixu fill-kunvent hemm tliet patrijiet.

Aktar kmieni l-Prim Ministru qal li dawk kollha li se jkunu qed jidħlu minn dawn il-pajjiżi fl-aħħar jiem huma obbligati jagħmlu kwarantina mandatorja. Qal li min ma jagħmilx din il-kwarantina se jeħel multa. Il-multa, li se tiġi introdotta llum hija ta’ €1,000 għal kull jum li wieħed ifalli milli joqgħod fi kwarantina.

L-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex wkoll ħarġu ċirkolari biex il-popolazzjoni u dawk li jiffrekwentaw il-knejjes, iħarsu s-saħħa u jobdu l-istruzzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa dwar il-coronavirus.