Patricia Scotland eletta bħala s-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth

It-53 pajjiż tal-Commonwealth qablu li Patricia Scotland, mir-Repubblika ta’ Dominica, għandha tieħu l-kariga.
Scotland elenkat il-punti ewlenin li tixtieq li l-Commonwealth jaħdem fuqhom fosthom ix-xjenza u t-teknoloġija, l-edukazzjoni u t-tibdil fil-klima.
Dwar it-terroriżmu qalet li dak li seħħ fi Franza ħalla lil kulħadd bla kliem iżda dak li ġara jagħti l-opportunità biex ningħaqdu u nirrispondu għal din it-theddida reali u perikoluża.
Il-kandidati l-oħra għal dan l-irwal fil-Commonwealth kienu Mmasekgoa Masire-Mwamba, mill-Botswana u l-Amerikan Sir Ronald Sanders.