Patri Piju mnaqqax f’siġra f’Napli

Għexieren ta’ persuni devoti tal-Qaddis Patri Piju baqgħu mistagħġba meta quddiemhom dehret viżjoni tal-Qaddis imnaqqxa f’siġra biswit.

Dawn il-persuni sostnew li fuq siġra fi Triq Monte Faito f’Napli fl-Italja dehret immaġini tal-Qaddis.

Dan meta d-devoti kienu qed jibdew jinġabru biex jidħlu fil-Knisja ta’ Secondigliano biex jattendu għall-Quddiesa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5 ta’ wara nofsinhar fi triq kemm xejn traffikuża.

Kien għalhekk ukoll li persuni oħra mal-ewwel ħadu l-inizjattiva li jwaqqfu lid-devoti milli jinġabru madwar is-siġra u joħolqu l-konfużjoni.