Patri Malti jmut bil-coronavirus fil-missjoni

Frailes Carmelitas Bolivia

Read in English.

Patri missjunarju Malti miet bil-coronovirus fil-Peru fejn kien jaqdi lill-foqra. Missio Malta fuq Facebook sellmet il-memorja ta’ Patri Valerjan Mercieca. Qalet li hu qatta’ ħajtu kollha jaħdem mal-foqra fil-missjoni.

Missio jsellem lill-missjunarju Patri Valerjan Mercieca li mar jiltaqa' mal-ħallieq wara li ħakmu l-Corona Virus waqt…

Posted by Missio Malta on Sunday, August 2, 2020

Il-komunità tal-Karmelitani fil-Bolvija qalu li huma qrati għall-ħidma li ma kienet tieqaf qatt ta’ Patri Valerjan Mercieca fil-Bolivja.

El Carmelo de Bolivia saluda al Padre Valeriano Mercieca un hermano, misionero ferviente que hoy salió de este jardín…

Posted by Frailes Carmelitas Bolivia on Saturday, August 1, 2020

Il-komunità tal-Madonna tal-Karmnu Balluta kienet ukoll fost dawk li sellmet il-memorja tal-patri.

B'niket inħabbru l-mewt ta' Patri Valerjan Mercieca O.Carm. li miet fil-Peru' fejn kien qed iservi bhala…

Posted by Madonna tal-Karmnu Balluta on Saturday, August 1, 2020

Fuq Facebook l-Ambaxxatur Joseph Cuschieri qal li Patri Mercieca kien saċerdot eżemplari. Iddeskrivieh bħala “eżempju ta’ qaddis.”