Patri Għawdxi jinħatar mill-Papa biex isir Isqof fil-Perù

Patri Għawdxi tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, Patri Giovanni Cefai, ġie appuntat mill-Papa Franġisku bħala l-ewwel Isqof tal-Prelatura ta’ Santiago Apostol de Huancané fil-Perù.

Skont l-istqarrija maħruġa mill-Vatikan, Patri Cefai M.S.S.P. kien qed iservi fil-parroċċa tal-Appostlu San Pawl, fl-Arċidjoċesi ta’ Arquipa li wkoll taqa’ taħt is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl.

Patri Cefai twieled fil-5 ta’ Awwissu tal-1967 fiż-Żebbuġ. Hu għamel il-wiegħdiet tiegħu fl-1994 u ġie ordnat qassis fl-1997. Hu gradwat fit-Teoloġija Pastorali mill-Università ta’ Malta. Serva wkoll bħala direttur taċ-ċentru taż-żgħażagħ De Piro f’Malta u wkoll fil-parroċċi ta’ Santa Cruz u San Pablo Apóstol.

Intant, il-Parroċċa taż-Żebbuġ ferħet lil Patri Cefai ta’ din il-kisba tiegħu.

Fr GIOVANNI CEFAI mssp nominated as Bishop of the Prelature of Santiago Apóstol de Huancané…

Posted by MSSP | Missionary Society of St Paul on Wednesday, April 3, 2019

Il-prelatura territorjali ta’ Santiago Apóstol de Huancané li waqqaf illum il-Papa
Franġisku hija ffurmata minn 20 parroċċa li fihom jgħixu ftit aktar minn 200,000
persuna li madwar 85% minnhom huma Kattoliċi. Dan it-territorju li fih hemm 15-il
saċerdot huwa mifrux fuq 18-il elf metru kwadru ta’ art, 75 darba akbar minn Malta.