Patri Frans Micallef – Provinċjal ġdid tal-Patrijiet Dumnikani Maltin

Patri Frans Micallef ġie magħżul bħala l-Provinċjal tal-Patrijiet Dumnikani Maltin. Huwa ntgħażel waqt is-47 Kapitlu Provinċjali tal-Provinċja Dumnikana Maltija li qed isir fi Gwardamanġia.

Patri Frans Micallef twieled ir-Rabat fl-1948 u ħa l-edukazzjoni tiegħu is-Seminarju u fil-Kulleġġ Filosofiku Tejoloġiku San Tumas D’Akwinu . F’Settembru tal-1965 huwa għamel il-Professjoni Reliġjuza u ġie ordnat saċerdot f’Marzu tal-1971. Huwa ggradwa fil-mużika u serva f’diversi uffiċċji tal-Provinċja bħala Surmast ta’ l-Istudenti, Pirjol tal-Kunvent tar-Rabat, Amministratur Finanzjarju, Rettur tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir kif ukoll Kappillan tal-Parroċċa tal-Portu Salvu il-Belt Valletta.

Bħala diffinituri f’dan il-Kapitlu Provinċjali intgħażlu Patri Vincent Micallef, Patri Frank Borg, Patri Charles Tabone u Patri Raymond Gatt.