Patri Dijonisju Mintoff jirbaħ premju tal-anzjanità attiva

Kien hemm 94 persuna nominati

President George Vella and Parliamentary Secretary for Persons with Disability and Active Ageing Anthony Agius Decelis present 'Premju Anzjanità Attiva 2019' Qawra Palace, Qawra

Read in English.

Id-Direttur tal-Peace Lab Patri Dijonisju Mintoff rebaħ premju tal-anzjanità attiva. B’kollox kien hemm 94 persuna nominati għall-edizzjoni tal-2019, numru rekord.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-President u tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva qalu li r-rebbieħa tal-Premju Anzjanità Attiva 2019 huma:

  • Premju Anzjanità Attiva: Patri Dijonisju Mintoff
  • Premju Koppja Miżżewġa: Nikol u Mary Baldacchino
  • Premju Anzjanità Akkademika: Paul P. Borg u Professur Stanley Fiorini
  • Premju Anzjanità Sportiva: John Magri
  • Premju Mudell Ideali: Maestro Paul Abela
  • Premju Anzjanità Kulturali: Freddie Portelli
  • Premju Solidarjetà Interġenerazzjonali: Special Olympics Malta
  • Premju Life Time Achievement: Anġlu Fenech u Maria Camilleri

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis qal li dan ir-rekord hu ċertifikat ħaj tal-anzjanità attiva fis-soċjetà u turija ta’ kemm il-politika qed tħalli l-frott mixtieq.

F’diskors qasir tal-okkażjoni, il-President ta’ Malta George Vella qal li jieħu gost jara l-passi li qed jittieħdu sabiex tittaffa s-solitudni li taħkem lil xi uħud speċjalment dawk li jħossu n-nuqqas tal-familja matul il-ġurnata, u rrefera għall-attivitajiet sfieqa organizzati fiċ-ċentri ta’ matul il-jum immexxija mill-Anzjanità Attiva u mill-Kura il-Komunità.